Barranin
Fi New Zealand jitfakkru l-vittmi tal-iżbroff tal-vulkan White Island

Fi New Zealand tfakkru l-vittmi tal-iżbroff tal-vulkan White Island.

Sittax-il persuna hu kkonfermat li tilfu ħajjithom waqt li żewġ persuni għadhom ma nstabux.

Madwar 20 persuna għadhom qed jingħataw kura intensiva għall-ħruq li ġarrbu.

Il-qraba ta’ wħud mill-vittmi osservaw minuta ta’ silenzju fuq dgħajsa tal-pulizija qrib il-gżira.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern osservat il-minuta ta’ silenzju waqt il-laqgħa tal-kabinett. Sadanittant, il-gvern approva kważi €3 miljun biex tingħata għajnuna lin-negozji żgħar fil-belt turistika Whakatane, li tinsab qrib il-vulkan.

Hija qalet li r-regolatur fuq il-post tax-xogħol diġà fetaħ investigazzjoni dwar dan id-diżastru, u għaddejja inkjesta.

Il-Prim Ministru żiedet li l-gvern qed jistenna parir dwar jekk għandhomx isiru aktar investigazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Barranin

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju? Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument? Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha. L-istaff mediku talab lil Turner ta’…

Aktar