Barranin
Fi New Zealand posposta l-elezzjoni ġenerali minħabba l-COVID-19

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern ħabbret li se tipposponi l-elezzjoni ġenerali b’erba’ ġimgħat minħabba l-firxa tal-Covid 19, u għalhekk id-data l-ġdida għall-elezzjoni hija 17 ta’ Ottubru. L-elezzjoni kellha ssir fid-dsatax ta’ Settembru. Jacinda Ardern kienet taħt pressjoni biex tipposponi l-elezzjoni minħabba l-firxa tal-virus fl-ikbar belt tal-pajjiż Auckland fejn sa issa għandhom 102 każ.

Dwar dan Ardern għandha l-appoġġ kemm mid-deputat Prim Ministru Winston Peters u anki mill-oppożizzjoni li lkoll talbu biex l-elezzjoni tiġi posposta. U dan għaliex il-kampanja għal din l-elezzjoni ma tistax issir minħabba li l-attivitajiet tal-massa ġew ikkanċellati kawża tal-pandemija. L-Oppożizzjoni akkużat lil Ardern li qed tuża l-pandemija biex tiggwadanja politakament għax taf li l-partit fl-oppożizzjoni ma jistax jagħmel kampanji mal-mases ta’ nies.

Ardern qalet li filwaqt li biddlet id-data tal-elezzjoni qalet lill-gvernatur ċentrali li m’għandha ebda ħsieb li terġa’ tbiddel id-data. Skont il-liġi ta’ New Zealand l-elezzjoni għandha ssir qabel il-21 ta’ Novembru.