Barranin
Fi Spanja ħames persuni jmutu kawża tat-temperaturi kesħin

Fi Spanja, ħames persuni, fosthom żewġ persuni li kienu jgħixu barra, mietu bit-temperaturi kesħin li qed jolqtu l-kapitali Madrid. It-temperaturi bħalissa huma ta’ 25 grad taħt iż-żero. Dan hu rekord għal Madrid. Hu stmat li iktar minn 800 suldat intbagħtu biex jgħinu fit-tindif tal-belt li għal dawn l-aħħar jiem intlaqtet minn borra qalila kawża tal-maltempata Filomena.

It-toroq ewlenin ta’ Madrid jinsabu imblukkati fosthom minn 150,000 li tqaċċtu kawża tal-maltempata. L-awtoritajiet tas-saħħa rrapportaw li madwar 2,000 persuna sofrew ġrieħi wara li weġġgħu minħabba l-borra fit-toroq. Il-qasam tas-saħħa fil-pajjiż diġà jinsab taħt pressjoni minħabba li Spanja qed tiffaċċja żieda fil-każi attivi marbuta mal-illaxkar li kien hemm waqt il-perjodu tal-festi tal-Milied.