Barranin
Fi Spanja l-maskri obbligatorji f’postijiet pubbliċi ġewwa u barra

Fi Spanja, il-maskri tal-wiċċ se jkunu obbligatorji kemm barra fil-pubbliku u anki f’postijiet pubbliċi fil-magħluq, jekk ma jkunx possibbli li tinżamm id-distanza soċjali.

Tfal taħt is-sitt snin u persuni bi problemi tan-nifs biss se jkunu eżenti minn dan l-obbligu li se jkun infurzat b’liġi li se tidħol fis-seħħ il-Ħamis.

Fil-pajjiż, mietu kważi 28,000 persuna bil-virus filwaqt li hemm 232,000 persuna infettati.

Il-Gvern Spanjol se jestendi l-istat ta’ emerġenza fil-pajjiż għal ġimagħtejn oħra.