Barranin
Fi Spanja l-Pulizija tispara fuq raġel li daħal f’għassa armat

Il-Pulizija Spanjola qalet li sparat fuq raġel li kien armat b’sikkina u li prova jattakka l-pulizija f’għassa.

L-għassa tinsab qrib Barcelona.

Fuq Twitter, il-Pulizija qalet li r-raġel daħal fl-għassa tal-pulizija f’Cornella xis-6am bil-għan li jaggredixxihom. Huma qalu li sparaw fuqu iżda għadu mhux magħruf jekk ir-raġel mietx.