Barranin
Fi Spanja, mara ta’ 113-il sena tirkupra mill-Coronavirus

L-iktar mara anzjana fi Spanja li għandha 113-il sena, irnexxielha tirkupra mill-Coronavirus.

Maria Branyas kienet instabet bil-virus f’Marzu iżda wara ġimgħat f’iżolazzjoni issa ġiet irrapurtata li fieqet.

Il-mara rnexxielha tibqa’ ħajja wara l-pandemija tal-influwenza fl-1918, irnexxielha wkoll tibqa’ ħajja wara l-Gwerra Ċivili fi Spanja fl-1936 u issa rebħet ukoll lill-Coronavirus.