Barranin
Fi Spanja: Raġel arrestat wara li marrad 22 persuna bil-Covid

Raġel ta’ 40 sena ġie arresat fi Spanja, f’Manacor, wara li marrad 22 persuna bil-Covid għax  ma mexiex mal-miżuri ta’ mitigazzjoni.

Qed jiġi allegat li r-raġel baqa’ jmur il-gym u x-xogħol minkejja li kellu s-sintomi tal-virus; sogħla u deni.

Xhieda qed jgħidu li raw lir-raġel fuq il-post tax-xogħol bil-maskra mniżżla waqt li jisgħol u jgħid lill-kollegi tiegħu li se jmarradhom.

Kawża t’hekk, 5 kollegi u 3 persuni li jmorru fl-istess gym fejn imur ir-raġel laqqtu l-virus. L-14-il persuna l-oħra belgħu li l-virus huma membri tal-familja tal-infettati fosthom 3 itrabi.