Barranin
Fi Spanja ssir l-akbar qabda ta’ droga

Il-Ministeru tal-Intern ta’ Spanja qal li saret l-akbar qabda ta’ droga kokaina fl-aħħar 18-il sena.

Ftit inqas minn 6,000 kilo kokaina nstabu moħbija f’kaxxi tal-banana f’container li kien għadu kif wasal fil-port ta’ Algeciras wara li telaq minn Medellin fil-Kolumbja.

Tliet persuni ġew arrestati fosthom Spanjol li jmexxi kumpanija tal-importazzjoni responsabbli mill-container.

Id-droga li kienet maqsuma f’blokki ta’ kilo l-waħda għandha valur fis-suq ta’ madwar €210 miljun u kienet se titqassam f’pajjiżi varji fl-Ewropa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miet l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Kofi Annan fl-età ta’ 80 sena. Huwa kien rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi għall-ħidma umanitarja tiegħu. Il-Fondazzjoni li ġġib l-isem tiegħu, Fondazzjoni Kofi Annan, qalet…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara skopriet li kienet ilha tgħix 28 sena b’contact lens f’għajnejha. Il-mara, ta’ 42 sena, żviluppat infezzjoni f’għajnejha meta, it-tobba tal-għajnejn skoprew li l-infezzjoni kienet ġejja minn contact…

Aktar