COVID-19
Fi Sqallija: Ħallas il-kafè b’€50, jgħidilhom iżommu l-bqija għax ilhom 50 jum magħluqa

Fl-aħħar sigħat l-Italja kompliet ittaffi l-miżuri b’rabta mal-Covid-19. Wara ġimgħat ta’ kwarantina b’toroq baħħ u b’bosta stabbilimenti bil-bibien magħluqa l-Italja reġgħet bdiet tieħu r-ruħ. Fost l-oħrajn, issa anki l-ħwienet tal-ikel u l-bars jinsabu miftuħin.

Għat-Taljani, il-kafè filgħodu sagru. Għaldaqstant, f’dawn l-aħħar ġimgħat aktarx li bosta ma niżżluhiex kif ġieb u laħaq li filgħodu ma jistgħux imorru għall-kafè f’wieħed mill-bars.

Ilbieraħ, hekk kif il-bars reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, bosta bakkru bi ħġarhom u rħewlha ‘l barra biex jieħdu l-ewwel kafè wara jiem sħaħ magħluqa d-dar.

Partikolarment, tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minna f’Marsala fi Sqallija, klijent fiss ta’ wieħed mill-bars meta ġie biex iħallas il-kafè ‘l-kaxxiera taha €50 u qalilha żżomm il-bqija. Peress li l-bars ilhom 50 jum magħluqa, qal li ried iħallas daqslikieku baqa jixtri kafè kuljum xorta waħda.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li għal-lum mhemm l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u 13-il persuna oħra fiequ mill-virus. Dan qalitu waqt il-konferenza stampa fejn tkellmet ukoll dwar…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Aktar