Reliġjon
Fi Sqallija: Kapulavur Barokk, iżuruh bosta Qriema u Rabtin Għawdxin

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica.

Liema żona, fost l-oħrajn, ikkaratterizzata minn għadd ta’ binjiet ta’ kull lewn u għamla, fosthom knejjes. B’mod speċjali, jispikka l-Kattidral ta’ San Ġorġ li jiġbed lejh bosta devoti Qriema u Rabtin Għawdxin.

Għadd imdaqqas mill-kattidral imsejjes fuq stil Barokk u kif tmidd riġlejk ġo fih jilqgħek ġmiel ta’ post. Fost l-oħrajn, il-kattidral mibni b’tali mod li r-raġġi tax-xemx li jagħtuh il-ħajja minn ġewwa jimmarkaw l-istaġuni u x-xhur.

F’Modica mhux dejjem kien kollox ward u żahar hekk kif il-belt sfat meqruda kważi kważi għalkollox mit-terremot tal-1693 u fl-1902 spiċċat mgħerrqa taħt ilmijiet m’għola żewġ sulari bħalma jixhdu għadd ta’ plakek fl-inħawi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Aktar