Edukazzjoni
Fi tliet snin 120 student tgħallmu l-Għarbi

F’dawn l-aħħar tliet snin fl-iskejjel sekondarji kien hemm mal-120 student u studenta li tgħallmu l-lingwa Għarbija.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonniċi qal li kien hemm 121 student u studenta li tgħallmu l-lingwa matul is-sena skolastika 2017/2018, 121 student u studenta li tgħallmu l-lingwa matul is-sena skolastika 2018/2019 u 120 student u studenta li tgħallmu l-lingwa matul is-sena skolastika 2019/2020.

Hu kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Carmelo Mifsud Bonnici li staqsa wkoll kemm hemm għalliema kwalifikati biex jgħallmu din il-lingwa.

Il-Ministru Bonniċi qal li hemm total ta’ 14-il għalliema u għalliema fosthom Kap tad-Dipartiment.