Lokali
Fi tliet snin id-Dwana waqqfet mal-biljun ewro fi flus u oġġetti fi triqithom lejn il-Libja

Fi tliet snin, bejn l-2018 u l-2020, id-Dwana waqqfet diversi konsenji li kienu qed jiksru s-sanzjonijiet imposti waqt li kienu fi triqithom lejn il-Libja. It-total ta’ dawn il-konsenji jlaħħaq il-€927,294,000.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li fost dawn il-konsenji kien hemm:

  • erba’ kontejners li kellhom vetturi misruqa b’valur ta’ €95,000,
  • tliet kontejners li kienu qed iġorru logħob tan-nar b’valur ta’ €1,064,000,
  • żewġ kontejners li kienu qed iġorru €926 miljun fi flus kontanti,
  • u 23 kontejner li kellhom dgħajjes b’valur ta’ €135,000.