Kurżitajiet
Fiċ-Ċilì: Taħrab tiġri mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti

Sindku taċ-Ċilì donnha ma kinetx komda twieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti hekk kif litteralment ħarbet tiġri minnhom.

Evelyn Matthei, li hija sindku ta’ Providencia f’Santiago, issorprendiet lill-ġurnalisti hekk kif flok wieġbet jew naqset milli twieġeb direttament il-mistoqsijiet dwar il-protesti li qed iseħħu fil-pajjiż, ħarbet tiġri minn fuq il-post.

Hija mbagħad waqfet biex twieġeb xi mistoqsijiet tal-ġurnalisti ladarba dawn laħquha.

Fuq Twitter, Matthei qalet li mhemmx isbaħ milli tibda l-ġurnata b’ġirja. Qalet ukoll li l-gvern se jgħeleb din il-kriżi u l-vandaliżmu li qed jaħkem lill-pajjiż.
Matthei kienet ikkritikat lill-gvern dwar kif qed jindirizza l-kriżi li qed taħkem lill-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Kurżitajiet

Ġuvni Spanjol li fil-bidu tas-sena ġie f’Malta biex jistudja l-ekonomija u l-finanzi, bħal oħrajn spiċċa maqbud hawn meta faqqgħet il-pandemija. Gorka Perez qal lill-midja Spanjola li dam kważi tliet xhur…

Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Kurżitajiet

Il-livell tal-ilma f’Venezja bħalissa huwa għoli iktar min-normal f’dan iż-żmien tas-sena, b’xeni ta’ mwejjed u siġġijiet nofshom mgħerrqa fi Piazza San Marco. Ilbieraħ l-ilma laħaq 116-il ċentimetru; livelli rari ħafna…

Aktar