Barranin
Fiċ-Ċina: Għalliema tal-kindergarten tingħata l-piena tal-mewt wara li vvelenat klassi tfal

Wang Yun, għalliema tal-kindergarten ingħatat il-piena tal-mewt mill-qorti Ċiniża wara li nstabet ħatja li vvelent 25 tifel u tifla.

Il-każ ġara f’Marzu tas-sena l-oħra meta 25 tifel u tifla sfaw ivvelenati wara li kielu l-kolazzjoni tal-iskola b’wieħed mit-tfal spiċċa biex tilef ħajtu.

Jidher li l-għalliema kellha argument ma’ kollega tagħha fuq kif għandhom jitmexxew it-tfal ta’ Jiaozuo, bl-akkużata tivvelena l-klassi tal-kollega tagħha.

Fil-passat, Wang kienet inqabdet tipprova tivvalena lir-raġel tagħha bl-istess velenu magħruf bħala nitrite li jintuża fl-isplussivi u li jikkawża kanċer. Ir-raġel tagħha ħelisha ħafif.