Barranin
Fiċ-Ċina: Jimpurtaw il-ġwienaħ tat-tiġieġ mill-Brażil u jsibuhom kollha bil-Covid-19

Test meħud minn lott ta’ ġwienaħ tat-tiġieġ impurtat mill-Brażil lejn iċ-Ċina mmarka pożittiv għall-Covid-19.

CNN qed jirrapporta li l-każ seħħ fil-belt Ċiniża ta’ Shenzhen, fejn instab li xi ikel impurtat u kkontaminat bil-virus.

Jidher li l-virus instab fuq wiċċ il-prodott waqt screening li jsir fuq ikel iffriżat u impurtat.

L-awtoritajiet tal-belt mill-ewwel għamlu l-contact tracing neċessarju tal-persuni li setgħu ġew f’kuntatt mal-prodott u b’xorti tajba r-riżultati kollha ħarġu fin-negattiv. Prodotti oħrajn ġew imwarrba u ttestjati, li wkoll ħarġu fin-negattiv.
Bħal issa għaddejja ħidma intensiva biex jinġabru prodotti tal-istess ditta tal-ġwienaħ tat-tiġieġ filwaqt li ż-żona fejn instab dan il-każ qed tiġi diżinfettata.
Ilbieraħ fiċ-Ċina wkoll, instab ikkontaminat bil-coronavirus pakkett tal-gambli impurtat mill-Ekwador.
Aħbarijiet Oħra

Emenda fil-liġi tal-Afganistan se tippermetti li isem l-omm jibda jidher fuq il-karta tal-identità tal-individwu. Din il-bidla hija pass importanti ħafna għad-drittijiet tan-nisa, li ma setgħu jużaw isimhom imkien. Isem il-mara…

Minn għada TikTok u WeChat mhux se jkunu jistgħu jitniżżlu mill-app stores fl-Istati Uniti, sakemm il-President Donald Trump ma jilħaqx ftehim fl-aħħar ħin. L-amministrazzjoni ta’ Trump temmen li dawn l-apps…

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Aktar