Ċina
Fiċ-Ċina jipprotestaw biex ma jwaqqgħulhomx Moskea

Mijiet ta’ Musulmani fiċ-Ċina tal-Punent qed jipprotestaw biex l-awtoritajiet ma jwaqqgħulhomx il-Moskea.

Skont l-awtoritajiet l-Moskea Weizhou Grand f’Ningxia ma għandhiex il-permessi neċessarji.

Il-protesta bdiet wara li ġimgħa ilu ħarġet notifika li l-Moseka se titwaqqa minħabba li ma ngħatax il-permessi biex tinbena.

Madankollu, in-nies ma jridu b’xejn li l-Moseka tinħatt u kien hemm min qal li mhux se jħallu lill-Gvern imiss lill-Moskea.

Fiċ-Ċina hemm madwar 23 miljun persuna Musulmana, u għal mijiet ta’ snin l-Iżlam kien promoninenti ħafna f’Ningxia.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Mara nqatlet minn kukkudrill wara li waqgħet ħdejh fl-Indoneżja. Qed ikun irrapportat li l-kukkudrill, li jiżen mas-700kg, ċarrat lil Deady Tuwo ta’ 44 sena. Hija kienet qed titma’ lill-kukkudrill f’razzett…

Barranin

Il-Gvern Ingliż immexxi minn Theresa May fl-aħħar ħin rebaħ bi żbrixx vot ta’ fiduċja li ttieħed mid-deputati fil-House of Commons, fuq il-mozzjoni ta’ sfiduċja li tressqet mill-Mexxej tal-Oppożizzjoni, Jeremy Corbyn….

Barranin

Uffiċjali Spanjoli kkonfermaw li tifel ċkejken ta’ sentejn jinsab maqbud f’bir fond u dejjaq, wara tfittxija li saret mis-servizzi tal-emerġenza, li sabu pakkett ħelu u tazza minn tiegħu fil-bir. Il-media…

Barranin

Minn tal-anqas 14-il persuna nqatlu f’attakk terroristiku mill-grupp al-Shabab f’lukanda fil-belt Nairobi, fil-Kenja. Filmati minn kameras tas-sigurtà juri l-mumenti li fih il-militanti lbieraħ waranofsinhar bdew l-attakk tagħhom fil-kumpless Riverside, li…

Aktar