Barranin
Fiċ-Ċina: Mijiet infettati b’mikrobu misterjuż

Mijiet ta’ persuni fiċ-Ċina jinsabu ma jifilħux wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ coronavirus.

L-esperti qalu li mal-1,700 persuna ġew infettati bil-mikrobu u tnejn minnhom tilfu ħajjithom kawża ta’ kumplikazzjonijiet fin-nifs.

Fuq dan il-każ qed jaħdmu l-World Health Organisation (WHO) u l-MRC Centre for Global Infectious Disease Analysis.

Dan il-mikrobu qed ixebbħuh mas-Sars hekk kif jikkawża sintomi bħal riħ komuni iżda imbagħad iwassal għal kumplikazzjonijiet fin-nifs.

Is-Sars ukoll jappartjeni mal-familja ta’ coronavirus li wassal għall-mewt ta’ 774 persuna fl-2002.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar