Barranin
Fiċ-Ċina: Miljun persuna evakwati kawża ta’ tifun qawwi

Minn tal-anqas 13-il persuna tilfu ħajjithom u aktar minn miljun persuna oħra ġew evakwati minn djarhom kawża tat-Tifun Lekima.

Madwar 16-il persuna oħra għadhom ma nstabux wara li l-maltemp ikkawża valanga tat-tajn f’Wenzhou.

It-Tifun mistenni jolqot il-belt ta’ Shanghai li fiha jgħixu madwar 20 miljun.

L-awtoritajiet qed jaħdmu qatigħ biex isalvaw dawk li nqabdu fil-maltemp li ġab miegħu ħerbħa sħiħa b’siġar imqaċċta u qtugħ tal-elettriku.

It-Tifun qed javvanża fuq Shanghai b’qawwa ta’ 187km/h (116mph).

Aktar minn 1,000 titjira fosthom is-servizz ferrovjarju ġew ikkanċellati bħala prekawzjoni.

Lekima huwa d-9 tifun li se jolqot liċ-Ċina din is-sena iżda ġab miegħu l-aktar maltempata qawwija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar