Barranin
Fiċ-Ċina, tmut ir-raba’ persuna wara li ħakimha l-mikrobu ġdid

Fiċ-Ċina, tmut ir-raba’ persuna wara li ħakimha mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus, bl-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li jista’ jittieħed minn persuna għall-oħra.

Ir-raġel ta’ 89 sena kien l-aħħar vittma ta’ dan il-mikrobu, li jikkawża tip ta’ pneumonia. Huwa kien qed jgħix f’Wuhan, il-post minn fejn kien irrappurtat li bdiet il-marda. Iżjed minn 200 persuna oħra jinsabu morda fi f’Beijing u Shanghai. Numru ta’ każijiet oħra ġew identifikati barra ċ-Ċina – tnejn fit-Tajlandja, wieħed fil-Ġappun u ieħor mill-Korea t’Isfel. Dawn huma persuni li riċentament ivjaġġaw minn Wuhan.

Il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa fiċ-Ċina kkonfermat li żewġ każi ta’ infezzjoni fil-provinċja ta’ Guangdong fiċ-Ċina ttieħdu minn persuna għal oħra. Fi stqarrija separata, ħaddiema mediċi f’Wuhun ġew infettati bil-virus, b’wieħed minnhom jinsab f’kundizzjoni kritika. Ilkoll inżammu f’iżolament waqt li qed jiġu kkurati għall-marda.

Il-mikrobu jikkawża sintomi bħal riħ komuni li mbagħad iwassal għal kumplikazzjonijiet fin-nifs u pneumonia. Hu maħsub li dan il-mikrobu qed jinfirex daqshekk malajr minħabba li miljuni ta’ Ċiniżi qed jivvjaġġjaw għall-btajjel tal-ewwel tas-sena Ċiniża.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Aktar