Lokali
“Fid-Dar tal-Providenza nara miraklu ħaj jiġġedded kuljum” – il-President Vella

Fl-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella qal li f’din id-dar jara miraklu ħaj li jiġġedded kuljum.

F’diskors lir-residenti u l-ħaddiema, Dr Vella żied jgħid li spiċċa ż-żmien meta persuna b’diżabilità kienet titwarrab jew ma tingħatax l-attenzjoni li ħaqqha. Qal lil din hija xi ħaġa li tirrifletti l-iżvilupp tas-soċjetà tagħna fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt u mhux b’karità.

Il-President qal li din hija xi ħaġa li verament tgħolli d-dinjità tal-bniedem għax kull bniedem, anke jekk għandu xi nuqqasijiet, huwa xbieha ta’ Alla u jistħoqqlu r-rispett kollu ta’ kulħadd. Dr Vella temm billi rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għad-dover u x-xogħol li qed jagħmlu f’isem is-soċjetà.

F’diskors ta’ merħba, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, feraħ lil Dr Vella għall-ħatra tiegħu fl-għola kariga tal-pajjiż u qal li l-preżenza tiegħu u tas-Sinjura tiegħu fid-Dar mhux biss hija ta’ unur għall-Amministrazzjoni, residenti u ħaddiema imma hija wkoll turija li bħall-predeċessuri tiegħu għandu għal qalbu il-ħidma li ssir fid-Dar.

Fr Martin żied jgħid li d-Dar tal-Providenza hi u tibqa’ mpenjata li toffri s-servizzi tagħha lill-persuni b’diżabilità filwaqt li tkun ta’ ispirazzjoni għas-soċjetà Maltija tal-valuri li jiddistingwuna bħala poplu, dak tas-solidarjetà u r-rispett lejn kull persuna mill-konċepiment sal-mewt.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar