Politika
“Fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbiltà fil-pajjiż”
Il-Prim Ministru Dr Robert Abela qal li fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbilità fil-pajjiż.
F’kummenti lill-midja wara li ġiet fi tmiema konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni hi nstabli u maqsum u li l-kredenzjali demokratiċi tal-Oppożizzjoni spiċċaw skartati.
Qal li l-Grupp Parlamentari  m’għandux fiduċja fit-teserati u qaleb ta’ taħt fuq id-deċiżjoni li taw it-tesserati u li fl-istess waqt il-kap tal-Oppożizzjoni ma jirrrispetax id-deċiżjoni tal-grupp parlamentari.
Żied jgħid li fejn sar ħażin huwa se jibqa’ konsistenti u mhux se jaħrab dan. Qal li bħala Prim Ministru mhuwiex sodisfat bil-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali Charles Deguara fuq il-ftehim tal-VGH waqt li stqarr li kieku bħala Prim Ministru kien iffaċċjat bi proġett simili kien jimxi b’mod differenti.
Tenna li dan il-Gvern se jitgħallem mill-iżbalji u mhux se jerġa’ jirrepeti l-istess żbalji għaliex inkella ma jista ikun meqjus bħala Gvern kredibbli li se jkompli jkattar il-ġid.
Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar