Infrastruttura
Fiex waslu x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa?

 Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li għaddejjin fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa lbieraħ filgħaxija, fejn Infrastructure Malta qed jibdlu l-wiċċ tal-pont biex jintroduċu protezzjoni adekwata ta’ waterproofing u saffi ġodda ta’ asfalt bħala parti minn proġett għat-titjib tal-istruttura arterjali.

Ix-xogħlijiet għall-manutenzjoni estensiva tal-pont li nbena fis-snin 70, bdew fl-2017 u se jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena. Il-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi jgħaddi mill-Marsa-Ħamrun bypass, għal madwar 6 metri fuq roundabout li tgħaqqad lil Santa Venera, Ħal Qormi u l-Marsa, viċin l-uffiċċju tal-Maltapost. Dan il-pont jinkludi struttura ta’ 70 metru fuq 40 kolonna.

Fi stqarrija, il-Ministru Borg qal li dawn huma x-xogħlijiet li fuqhom tiddependi infrastruttura b’saħħithau fisser kif illum qed nibnu b’mod differenti – qed nużaw teknoloġiji u strutturi speċjalizzati għall-użu fil-pontijiet.  Żied jgħid li l-Gvern iżda jinsab kommess li jmantni u jwettaq xogħol ta’ tiswija fuq strutturi eżistenti għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin.

Din il-ġimgħa Infrastructure Malta qed timplimenta fażi oħra tal-proġett hekk kif il-wiċċ tal-pont qed jitneħħau qed jitpoġġa l-waterproof membrane protettiv fuq medda ta’ 1,400 metru kwadru tal-pont permezz ta’ xogħol delikat li jinvolvi aktar minn 25 ħaddiem. Il-karreġġjata doppja b’erba’ korsiji ġiet maqsuma f’sezzjonijiet biex kull waħda titlesta f’lejl wieħed mingħajr il-bżonn li t-triq tinżamm magħluqa l-għada filgħodu.

Il-manutenzjoni tal-pont qed tiġi magħquda mat-titjib li għaddej bħalissa fil-kuritur arterjali bejn iċ-ċentru u n-Nofsinhar li jkopri minn Triq Aldo Moro sa parti minn Triq Diċembru 13, il-Marsa-Ħamrun bypass u l-mini ta’ Santa Venera. Dan it-titjib qed isir permezz ta’ proġetti ta’ bini mill-ġdid tat-toroq li nbeda aktar kmieni din is-sena.

 

Aħbarijiet Oħra
Toroq

It-tliet proġetti, li jinkludu t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fl-intersection taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun bypass u l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Aldo Moro, qed jitlestew…

Kultura

Grupp ta’ 40 żgħażagħ u tfal mill-parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema s-Sibt se jtellgħu dramm għall-okkażjoni tal-festi taċ-ċentinarju ta’ din il-parroċċa. Dan id-dramm jirrakkonta l-istorja ta’ din il-parroċċa. Ġrajjiet imġedda…

Ġurnali

L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu ritratt b’rabta mal-54 anniversarju ta’ Malta Indipendenti. Insibu wkoll rapport dwar il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J Scicluna waqt il-quddiesa tal-Indipendenza fejn appella għal iktar solidarjetà f’pajjiżna…

Aktar