Barranin
Fil-Belġju nofs il-priġunieri jimirdu bil-COVID-19

Fil-Belġju, il-ħabsin qed jinżammu fiċ-ċella tagħhom wara li nofs ir-residenti tal-faċilità ħarġu pożittivi għall-COVID-19.

Fil-ħabs Namur ġew implimentati miżuri ta’ kwarantina wara li ma’ nofs il-priġunieri mardu bl-imxija. Ir-residenti mhux jitħallew jimxu jew jużaw ix-showers.

Mas-60 priġunier jidher li mardu bl-imxija b’wieħed minnhom kellu jiddaħħal l-isptar. Mal-priġunieri mardu wkoll uħud mill-ħaddiema.

Kelliema għall-ħabs qalet li s-sitwazzjoni hija serja ħafna.