Kronaka
Fil-Belt: Ħallelin qarrqu bil-patrijiet wara li serqu kwadri u ħallew oħrajn flokhom

Il-Pulizija qed tinvestiga s-serq ta’ inkwadri b’pittura mill-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani fil-Belt. Il-valur tal-kwadri jlaħħaq eluf ta’ Ewro iżda l-istħarriġ tal-Pulizija hu mfixkel mill-fatt li l-patrijiet setgħu ma ndunawx mill-ewwel b’li ġara għax il-ħalliel jew ħallelin ma ħallewx il-ħitan vojta u dendlu kwadri oħra bħalhom.

Sorsi qrib il-kunvent tal-Agostinjani fil-Belt qalu li s-serqa ta’ kwadri tinvolvi patrimonju ekkleżjastiku ta’ importanza b’valur ta’ eluf ta’ Ewro. Minn tagħrif li għandu TVM, is-serqa twettqet bi ħsieb tant li l-ħalliel jew ħallelin dendlu pitturi oħra minflok dawk misruqa biex jaljenaw lill-patrijiet bl-azzjoni tagħhom. Skont is-sorsi, s’issa għadu mhux stabbilit jekk il-kwadri mdendla jinkludux replika falza tal-pittura misruqa u jekk dawn iddaħħlux mill-ħallelin stess jew kienx hemm ċaqliq ta’ kwadri mill-istess kunvent. Bħalissa, f’parti mill-kunvent għaddej xi xogħol.

Sorsi oħra qrib l-investigazzjoni qalu lil TVM li dan mhux każ faċli għall-Pulizija, fosthom minħabba l-fatt li l-patrijiet ma jafux bl-eżatt meta naqsu l-kwadri mill-kunvent. Dan jagħti lok li minn meta seħħet is-serqa għal meta sar ir-rapport lill-Pulizija setgħu għaddew diversi ġranet. Anke d-dinamika tas-serqa tagħti lok għal ħafna mistoqsijiet, minħabba li jidher li l-ħalliel jew ħallelin ħadmu b’kumdità u kellhom għarfien tajjeb ħafna tal-post. Is-sorsi qalu li xi kwadri bħal tal-Aċċjomu kellhom oġġetti ta’ valur fuqhom.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta bil-Maġistrat.

Ikkuntattjat minn TVM, il-Provinċjal tal-Ordni, Patri Leslie Gatt, ikkonferma s-serq tal-inkwadri mill-kunvent tal-Belt u stqarr li din hi esperjenza ta’ dispjaċir għall-Ordni tal-Agostinjani. Awgura li l-kwadri misruqa jiġu rritornati u appella li kull min jista’ jkollu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar