Lokali
Fil-Birgu, id-djar kważi kollha jisseparaw l-iskart filwaqt li ftit min-negozji jisseparawh

Proġett ta’ riċerka dwar l-iskart li qed tmexxi għaqda mhux governattiva Ċiprijotta li tispeċjalizza fis-separazzjoni tal-iskart, wera li fil-Birgu, id-djar kważi kollha qed jisseparaw l-iskart. Min-naħa l-oħra ħafna mis-sidien tan-negozji fil-Birgu għadhom mhumiex jisseparaw l-iskart.

Proġett immexxi mill-għaqda mhux governattiva Ċiprijotta, AKTI, wera li fil-Birgu kważi l-familji kollha qed jirriċiklaw l-iskart, min-naħa l-oħra ħafna min-negozji fil-Birgu għadhom iħallu l-iskart mħallat. Dal-proġett ta ricerka imsejjaħ Zero Waste City qed jiġi iffinanzjat mill-Fondazzjoni Coca Cola. Iċ-Chairperson u l-Inġinier tal-AKTI, Xenia Loizidou, qalet li tinsab impressjonata mmens bir-riżultati tas-separazzjoni tal-iskart fid-djar tal-Birgu.

“We selected Birgu to do the first waste characterization that was ever done in Malta… As per the households we are really impressed. The households of Birgu are really recycling. So they’re mixed waste are less than 2 kilos per household. Out of which less than 10% is recyclable.”

L-espert fis-separazzjoni tal-iskart fi ħdan l-AKTI, Michael Loizidis, tkellem fuq x’sabu fil-boroż tal-iskart mill-ħwienet tal-Birgu.

“I would say that for the restaurants we can still find organics of up to 65 to 70%. So its something that we still have to struggle to minimise. But I say that after 30 years working in this area it’s the first time that I’ve seen no organic waste in any kind of municipality or other entity. So you must be very proud of the efforts that have been made here.”

Is-Sindku tal-Birgu, John Boxall, qal li jinsab sodisfatt ħafna li fid-djar tal-Ġirbin qed issir separazzjoni tal-iskart. Sostna li hemm bżonn tittieħed azzjoni biex anke s-sidien tan-negozji jifmhu l-importanza ta dan l-impenn ċiviku.

“Irrid nagħmel appell lill-Gvern li bħalma saret il-liġi għar-residenti, trid issir liġi oħra għal tal-ħwienet. Għax allura meta qed jitħallat kollox, minkejja li r-residenti qed jobdu l-istruzzjonijiet, allura mbagħad għandek entitaijiet fil-lokalità, qed nirreferi għall-businesses li mis-samples li ħadna mhux qegħdin jobdu.”

Stephen Bonnici mill-GSD Marketing, spjega kif se jitqassam il-proġett kollu mal-AKTI. “Il-proġett għandu 4 aspetti. Għandu l-aspett ta’ waste characterization fejn qed jinfetħu l-boroż taż-żibel biex wieħed jara xi jkun fihom il-boroż ġol-kunsill lokali tal-Birgu, ħa jkun hemm on the go recycling, u se jkun hemm ukoll beach clean ups, kif ukoll imbagħad se jkun hemm l-aspett edukattiv.”

Il-proġett jaħseb għal Zero Waste Campus biex jitnaqqas l-iskart fuq il-kampus tal-MCAST.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar