Barranin
Fil-Brażil: Aktar minn 4,000 jmutu bil-Covid f’temp ta’ 24 siegħa

Għall-ewwel darba f’temp ta’ 24 siegħa, il-Brażil irreġista aktar minn 4,000 mewt bil-Covid-19 hekk kif il-varjant tal-Brażil li jittieħed aktar malajr, wassal għal żieda qawwija fil-każijiet. L-Isptarijiet jinsabu mimlijin daqs bajda b’nies f’ċerti bliet qegħdin imutu huma u jistennew li jingħataw il-kura. F’ħafna postijiet, is-sistema tas-saħħa tinsab f’riskju kbir li tikkollassa.

L-ammont ta’ nies li mietu bil-coronavirus fil-Brażil issa huwa ta’ kważi 337,000, it-tieni l-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja wara dik li rreġistraw l-Istati Uniti. Iżda l-President tal-Brażil Jair Bolsonaro qed ikompli jopponi kull miżura ta’ lockdown biex irażżan l-imxija. Jgħid li l-ħsara lill-ekonomija tkun agħar mill-ħsara mill-virus innifsu.