Barranin
Fil-Brażil rata rekord ta’ mwiet bil-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

Xeni ta’ qsim il-qalb fil-Brażil. F’medda art kbira, ħaddiema ħaffru oqbra ġodda ġurnata wara li l-Brażil sar it-tielet pajjiż fid-dinja, wara l-Istati Uniti u r-Russja, bl-ikbar ammont ta’ persuni infettati bil-Covid-19.

Fl-aħħar 24 siegħa il-Brażil irreġistra l-ogħla rata ta’ mwiet – 1,179. F’dan il-pajjiż kważi 18,000 mewt ġiet marbuta mal-Covid-19 – f’São Paulo li hi l-ikbar belt fil-pajjiż, mietu kważi 5,000 ruħ bil-virus.

Il-Brażil issa għandu t-tielet l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet fid-dinja b’total ta’ 271,885. Fl-aħħar 24 siegħa biss, ġew irreġistrati 17,408 każ ġdid.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed isostnu li l-qasam tas-saħħa qed jitlef il-battalja kontra l-virus u qiegħed qrib li jikkollassa. Osservaturi qed jgħidu li l-pajjiż mhux se jilħaq il-quċċata tal-każijiet qabel Ġunju.

Il-Brażil jinsab maqsum dwar kif jindirizza l-pandemija.

Il-President Jair Bolsonaro repetutament ipprova jagħti l-impressjoni li l-virus mhux xi ħaġa gravi u argumenta li l-lockdown li mplimentaw gvernaturi reġjonali se jagħmlu aktar ħsara lill-ekonomija u għalhekk lin-nies milli l-virus innifsu.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

COVID-19

Il-Bank of Valletta qed javża li għada s-Sibt 30 ta’ Mejju, ħames Fergħat f’Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm. Il-lokalitajiet minn fejn tista’ tinqeda għada…

Aktar