Budget
“Fil-budget li jmiss, il-pensjoni se terġa’ tiżdied” – il-Ministru Falzon

Il-Ministru Michael Falzon qal li terz tan-nefqa tal-Gvern tmur għall-qasam soċjali. F’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema “Malta tgħix is-suċċess”, Dr Falzon qal li fil-budget tas-sena d-dieħla, il-Gvern se jżomm mal-wegħda tiegħu li jerġa’ jżid il-pensjoni għall-anzjani.

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon wiegħed lill-anzjani li fil-budget se jerġa’ jkun hemm żieda fil-pensjoni tagħhom, minbarra l-kumpens tal-għoli tal-ħajja. F’konferenza tal-aħbarijiet fid-dar tal-anzjani tal-Imsida, il-Ministru Falzon qal mad-93,000 persuna bbenefikaw miż-żieda fil-pensjoni li ngħatat fiz-żewġ budgets ta’ din il-leġiżlatura.

Irrimarka li l-pensjoni kien ilha ma tiżdied 25 sena sħaħ għajr għal kumpens tal-għoli tal-ħajja. Dr Falzon qal li fl-aħħar elezzjoni saret wegħda li sakemm tintemm din il-leġiżlatura l-pensjonanti se jiżdiedu b’tal-inqas tmien ewro fil-ġimgħa.

Il-Ministru qal li ewro minn kull tlieta fil-budget tal-Gvern jintefqu fil-qasam soċjali bil-għan li kulħadd iħossu parti mis-soċjetà. Qal li fil-budget li jmiss se jkun hemm miżuri indirizzati għat-tfal. Fakkar li ċ-children’s allowance kien ilhom ma jiżdiedu ħdax-il sena u għal dawk li għandhom wild wieħed kienu ilhom ma jintmessu 23 sena.

Is-Segretarju Parlamentari għal persuni b’diżabilità u anzjanità attiva, Anthony Agius Decelis qal li l-familji ta’ persuni b’diżabbiltà għandhom sfidi u għalhekk f’Jannar li għadda l-Gvern investa miljun ewro biex l-allowance tagħhom żdiedet għal 25 ewro fil-ġimgħa. Qal li mal-1,500 persuna b’diżabbiltà bbenefikaw minn din il-miżura.

Is-Sur Agius Decelis żied li mas-600 persuna b’diżabbiltà oħra bbenefikaw miż-żieda fl-allowance għall-persuni b’diżabbiltà severa, li telgħet għal 150 ewro fil-ġimgħa. Żied li sa Ġunju li għadda, 125 familja użaw s-servizz ta’ respite għal persuni b’diżabilità severa, li sar bi sħab mal-privat b’investiment ta’ miljun.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati kienu Involuti f’salvataġġ ieħor ta’ immigranti fl-ibħra fir-responsabbiltà ta’ Malta. 76 immigrant illejla ddaħħlu b’patrol boat fil-kwartieri tal-Iskwadra Marittima f’Xatt it-Tiben. Fost l-immigranti kien hemm 15-il mara, b’uħud…

Aktar