Barranin
Fil-Ġappun, 26 persuna mietu wara attakk ġo studio tal-animazzjoni

Fi Kyoto fil-Ġappun mill-anqas 26 persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu f’nirien li tqabbad apposta minn raġel fi studio tal-animazzjoni. Rapporti qed jgħidu li madwar 36 persuni ttieħdu lejn l-isptarijiet b’ambulanzi, b’uħud minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika.

Il-Pulizija qalu li r-raġel, li għandu 41 sena daħal fl-istudio filgħodu, xerred il-fuel u tah in-nar. Ir-raġel inqabad mill-Pulizija u jinsab l-isptar għall-kura minħabba l-ġrieħi li ġarrab. Il-Pulizija qalet li anke sabet xi skieken fuq il-post u kien irrapurtat li l-aggressur beda jgħajjat li kulħadd għandu jmut filwaqt li ta n-nar lill-bini. S’issa għadu mhux magħruf għala l-aggressur ried joqtol lill-kulħadd u lanqas kien stabbilit x’relazzjoni għandu mal-kumpanija. Uħud qed jgħidu li r-raġel qatt ma kien impjegat mal-kumpanija iżda kien jidher li huwa rrabbjat ħafna.

In-nirien ħakmu t-tliet sulari tal-binja bl-iskwadri ta’ salvataġġ u l-pumpiera kellhom biċċa xogħol iebsa biex jikkontrollaw in-nirien. Il-pumpiera sabu għaxar mill-vittmi fit-taraġ li jagħti għall-bejt. Qed jingħad lin-numru tal-vittmi jista’ jiżdied għax ħadd ma jaf eżattament kemm kien hemm nies fil-bini għalkemm id-diriġenti tal-kumpanija qalu li kien hemm viċin is-70 persuna.

Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe qal li ma għandux kliem biex jiddeskrivi kemm aggressjoni bħal din hija orribbli filwaqt li ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-vittmi.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan. F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar