Barranin
Fil-Ġappun: Ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw il-vittmi mill-għargħar

Mal-64 persuna tilfu ħajjithom wara li temp estrem laqat il-Ġappun u għarraq iċ-ċentru u l-Punent tal-pajjiż.

Aktar minn 2 miljuni ġew ordnati jevakwaw djarhom wara x-xita qalila. Ġie rrappurtat li l- ilma laħaq il-4.9 metri fiż-żoni l-aktar milquta.

Bosta nies spiċċaw jistennew l-għajjut fuq is-soqfa ta’ djarhom mentri oħrajn irrikorrew għal Twitter biex jiġbdu l-attenzjoni għas-salvataġġ. Madwar 44 persuna għadhom irrrapportati nieqsa.

Fl-istess waqt li l-uffiċjali ta’ salvataġġ kienu qed isalvaw bosta nies minn perikli imminenti, Tokyo ntlaqtet ukoll minn terremot li mmarka 6 fuq l-iskala richter. B’xorti tajba, ma nħareġ l-ebda allarm ta’ tsunami u l-ebda ħsarat ma ġew irrappurtati bit-theżżiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li llum l-aħħar jum tal-kampanja elettorali f’Malta, fir-Renju Unit u l-Olanda l-votanti qed jivvutaw fl-ewwel jum minn erbat li matulhom se jsiru l-elezzjonijiet fi 28 pajjiż-membru biex jiġu eletti…

Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Aktar