Barranin
Fil-Ġermanja 4 arrestati b’rabta mal-pjattaforma pedofela Boystown

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat tliet irġiel Ġermaniżi, bir-raba’ wieħed jinżamm arrestat fil-Paragwaj b’konnessjoni mat-tmexxija ta’ waħda mill-ikbar online networks ta’ qsim ta’ ritratti u xbihat pornografiċi ta’ subien u ġuvintur.

Uffiċjali Ġermaniża qalu li l-pjattaforma pedofela Boystown tneħħiet b’mod immedjat minn fuq id-dark net.

Ikkonfermaw li kellha iżjed minn 400,000 utent reġistrat u wħud mix-xbihat urew abbuż sesswali serju fuq subien ta’ età tenera.

L-investigazzjoni tmexxiet minn uffiċjali federali Ġermaniżi ma aġenziji tas-sigurtà fl-Olanda, l-isvezja, L-awstralja, l-Istati Uniti u l-Kanada.

Il-Europol qalet li se tanalizza l-informazzjoni u mistennija iżjed arresti u operazzjonijiet ta’ ħelsien ta’ subien li kienu qed jinżammu kontra r-rieda tagħhom.

L-aġenzija kkonfermat ukoll li kien hemm diversi chat sites ta’ pedofeli li wkoll żżarmaw b’konnessjoni mal-operazzjoni.