Barranin
Fil-Ġermanja: 9 mejta u bosta midruba wara sparaturi fi stabbiliment tad-divertiment

Disa’ persuni nqatlu u għadd ta’ persuni oħra ndarbu wara żewġ sparaturi fi stabbilimenti tad-divertiment fil-belt ta’ Hanau fil-Punent tal-Ġermanja. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.

Il-Pulizija qalu li s-suspettat aggressur instab mejjet f’daru u li ħdejh kien hemm il-katavru ta’ persuna oħra.

Ma jidhirx li hemm persuni oħra involuti f’dan il-każ. L-ewwer attakk seħħ fi stabbiliment fiċ-ċentru tal-belt, waqt li t-tieni wieħed seħħ fil-parti residenzjali tal-belt.

L-allegat aggressur instab kważi fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, kważi seba’ sigħat wara l-aħħar sparatura. Il-motiv wara l-attakk għadu mhux ċar, bl-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Guiseppe Conte, ħabbar li estenda l-lockdown mal-pajjiż kollu sat-3 ta’ Mejju. L-Italja ilha xahar f’lockdown. Bejn ilbieraħ u llum, mietu 570 bil-Covid-19. Bħal Spanja, l-għadd ta’ mwiet…

Barranin

Ġurnata sewda għar-Renju Unit. Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 980 persuna bil-Coronavirus. L-għadd tal-mejta issa tela’ 8,958. Il-Ministru tas-Saħħa, Matt Hancock, qal li l-Għid il-Kbir se jkun test biex in-nies…

Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li qed jiżdied in-numru ta’ mediċini foloz marbuta mal-coronavirus, li qed jinbiegħu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-WHO qalet li t-teħid ta’ dawn il-mediċini foloz jista’ jkollhom…

Kurżitajiet

Ħafna xadini fl-Afrika, b’mod partikolari l-gurilli, ukoll qegħdin f’lockdown biex ma jimirdux bil-Covid-19. It-turiżmu marbut mal-gurilli f’dan il-kontinent ġie sospiż, waqt li għadd ta’ santwarji ta’ xadini oħra, bħall-Orangutans, għalqu…

Aktar