Barranin
Fil-Ġermanja: Aktar minn 600 titjira kkanċellata

Għadd ta’ ajruporti fil-Ġermanja kkanċellaw aktar minn 600 titjira wara strajk mill-istaff tas-sigurtà.

Jidher li l-istaff tas-sigurtà qiegħed jipprotesta bi strajk wara nuqqas ta’ ftehim fuq il-pagi u b’hekk l-ajruport ta’ Dusseldorf, Cologne-Bonn u Stuttgart spiċċaw għarkubtejhom.

F’Dusseldorf biss, mas-60,000 passiġġier spiċċaw affettwati mill-istrajk.

Skont l-ARD, il-vjaġġaturi kellhom biżejjed ċans isibu arranġamenti alternattivi għaliex l-istrajk kien ilu mħabbar li se jsir. L-istaff tas-sigurtà jinsabu mdejqa u urtati bil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Ma’ 50 titjira oħra spiċċaw ikkanċellati t-Tnejn li għadda wara strajk li sar fl-ajruporti ta’ Tegel u Schönefeld f’Berlin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika u li bl-azzjonijiet tagħhom qed iwasslu għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Nhar il-Ħadd, Luigi di…

Barranin

Fir-Renju Unit, il-membri parlamentari bdew iressqu l-proposti tagħhom għal bidliet fil-pjani għal Brexit qabel il-vot skedat għall-ġimgħa d-dieħla dwar ftehim emendat tal-Prim Ministru Theresa May. Il-Prim Ministru May mistennija tiltaqa’…

Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li fil-proċess dwar Brexit ser tikkonsulta b’mod aktar wiesa’ kemm mal-House of Commons kif ukoll mas-soċjetà taċ-ċivili biex tilħaq pożizzjoni komuni li twassal…

Barranin

Is-Sindku ta’ South Bend, Indiana, Pete Buttigieg mistenni jkun fost il-kandidati tad-Demokratiċi biex jiġi elett President tal-Istati Uniti. Buttigieg, li għandu 37 sena u huwa omosesswali, qed jippjana li joħroġ…

Aktar