Barranin
Fil-Ġermanja: Arrestati 10 fuq suspett ta’ terroriżmu

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 10 persuni fuq suspett li kienu qed jikkomplottaw attakk terroristiku.

L-arresti saru wara li 200 uffiċjal tal-pulizija għamlu diversi raids f’Hesse u Rhineland-Palatinate.

L-irġiel kienu qed jikkomplottaw biex joqtlu kemm jista’ jkun  nies li ma kienux jemmnu fl-Istat Iżlamiku bl-użu ta’ armi u vetturi.

L-imħuħ wara dan l-attakk kienu żewġt aħwa: ġuvni ta’ 21 sena minn Offenbach u raġel ta’ 31 sena minn Wiesbaden.

Is-suspettati l-oħrajn għandhom bejn l-20 u t-42 sena b’uħud minnhom huma ċittadini Ġermaniżi.

Fit-tfixxijiet tagħhom, il-pulizija kkonfiskaw mal-€20,000 flimkien ma’ għadd ta’ skieken, drogi u tagħmir elettroniku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Barranin

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco. Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump fi stqarrija qal li iben Bin Laden, li kien il-mexxej tal-al-Qa’ida, inqatel f’operazzjoni kontra t-terroriżmu fl-Afghanistan/Pakistan. It-telfa ta’ Hamza bin Laden se xxekkel lill-grupp al-Qa’ida milli…

Aktar