Barranin
Fil-Ġermanja infermier jinstab ħati li qatel 85 pazjent

Fil-Ġermanja, infermier instab ħati li qatel 85 persuna li kienu pazjenti tiegħu f’żewġ sptarijiet li kien jaħdem fihom.

L-Imħallef Sebastian Buehrmann iddeskriva l-atti li wettaq l-infermier Niels Hogel bħala ma jitwemmnux. L-infermier bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs minħabba li qatel żewġ persuni billi tahom injazzjoni ta’ dożi qawwija ta’ mediċina bejn l-1999 u l-2005.

Rapporti qed jgħidu li Hogel huwa l-iktar qattiel li jippremedita l-azzjonijiet fl-istorja riċenti tal-Ġermanja. Minkejja li Hogel talab apoloġija lill-familjari tal-vittmi ex kollegi tiegħu ser jibqgħu jiftakruh għal mod kif kien jitratta lill-pazjenti li jkunu ser imutu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Aktar