Barranin
Fil-Ġermanja jaqbżu l-100,000 ruħ li mietu bil-COVID-19

Fil-Ġermanja, qabżu l-100,000 il-persuni li mietu mindu faqqgħet il-pandemija fil-pajjiż f’Jannar tas-sena l-oħra. Dan l-iżvilupp seħħ fl-istess waqt li f’ġurnata waħda biss ġew irreġistrati rekord ta’ kważi 76,000 każ ġdid. Bejn ilbieraħ u llum mietu 350 persuna oħra. L-isptarijiet f’ċerti żoni speċjalment in-naħa ta’ isfel tal-pajjiż ma jistgħux ilaħħqu mal-għadd ta’ pazjenti morda bil-virus.

L-esperti mediċi qed iwissu li jistgħu jmutu saħansitra mitt elf persuna oħra waqt il-pandemija. Argumenta li bħala medja jekk il-pajjiż ikompli jirreġistra 50,000 każ ġdid tal-Covid-19 kuljum, se jispiċċaw imutu 400 persuna kull ġurnata. Fil-pajjiż tlaqqmu iżjed minn 68% tal-popolazzjoni. Għadd kbir ta’ politiċi fil-pajjiż qed isejħu biex it-tilqima tkun obbligatorja possibbilment għal kulħadd.