Kurżitajiet
Fil-Ġermanja: Joffru zalzett tal-majjal waqt konferenza dwar l-Iżlam

Il-Ministeru għall-Intern Ġermaniż fi stqarrija qal li jinsab iddispjaċut li ġie mqassam zalzett al-majjal waqt konferenza dwar l-Iżlam f’Berlin.

Il-Ministeru qal li l-għażla għall-ikel kienet waħda varjata biex tissodisfa lil kulħadd preżenti għall-konferenza iżda talab apoloġija jekk kien hemm min ħassu offiż.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li attendew il-konferenza kienu Musulmani li, bil-liġi Iżlamika, huma pprojbiti milli jieklu l-majjal.

Il-konferenza saret f’Berlin u tmexxiet mill-Ministru għall-Intern Horst Seehofer, li f’Marzu li għadda kien qal li l-Iżlam mhux postu fil-Ġermanja.

Iz-zalzett li kien qed jitqassam fil-konferenza kien il-blutwurst dak li aħna nafuh bħala l-mazzit – magħmul minn taħlita ta’ bacon, majjal u demm tal-majjal.

Bosta staqsew jekk il-Ministru Seehofer kienx qed jipprova jwassal messaġġ b’dak li seħħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Niftakar li meta l-iskola konna bdejna l-ewwel lezzjonijiet tal-istorja, kienu jsemmulna Żmien il-Ħaġar u Żmien il-Bronż fost oħrajn. U l-mistoqsija kienet toħroġ waħedha:…

Kurżitajiet

M’hemmx għalfejn wieħed jistenna l-Milied biex jirċievi r-rigal tiegħu għax il-lotterija EuroMillions se titla’ llejla u tista’ tkun fost dawk l-iffortunati li se joħorġu rebbieħa. Ftit tax-xhur ilu, Maria minn Malta rebħet…

Aktar