Barranin
Fil-Ġermanja, Knisja Luterana tiftaħ il-bibien tagħha għat-talb tal-Musulmani

Knisja f’Berlin fetħet il-bibien tagħha għat-talb tal-Musulmani hekk kif minħabba l-miżuri imposti kawża tal-COVID-19 il-Moskea tagħhom ma sservihomx.

Fil-Ġermanja, is-servizzi reliġjużi setgħu jkomplu mill-4 ta’ Mejju imma trid tinżamm distanza ta’ 1.5 metri. Kawża t’hekk, il-Moskea Dar Assalam, fid-distrett ta’ Neukölln  setgħet tilqa’ għadd żgħir ta’ nies għat-talb.

Dan wassal biex il-Knisja Luterana f’Kreuzberg fetħet il-bibien tagħha għat-talb tal-Ġimgħa fl-aħħar tar-Ramadan.

Matul ix-xahar tar-Ramadan, il-Musulmani jastjenu mill-ikel, xorb, sess u tipjip minn meta jisbaħ għal xħin jidlam. Normalment il-familji u l-ħbieb kienu jitltaqgħu għat-talb u biex jieklu xi ħaġa iżda l-Coronavirus illimitathom ħafna.

L-Imam tal-Moskea laqa’ din l-offerta tal-Knisja u qal li ġib magħha ħafna ferħ f’dan iż-żmien tar-Ramadan u l-kriżi tal-COVID-19. Qal li din il-pandemija għaqdet lill-komunijiet u ġabet aktar in-nies flimkien.

Minkejja d-differenza fl-għażla tal-mużika, il-pitturi fil-Knisja li jikkontrastaw mat-talb tal-Musulmani, il-Musulmani qalu li fl-aħħar mill-aħħar hija d-dar t’Alla.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-uffiċjali prosekuturi Ġermaniżi li ilhom mill-2007 jinvestigaw l-għibien tat-tifla Ingliża Madeleine McCann qalu li jassumu li t-tifla hi mejta. L-uffiċjal prosekutur pubbliku qal li raġel Ġermaniż ta’ 43 sena qed…

Barranin

Is-CNN qed jirrapporta li George Floyd, l-Afro Amerikan li nqatel minn pulizija f’Minneapolis, fl-Amerka, kien infettat bil-Coronavirus. Henneoin County, li għamlu l-awtopsja fuq Floyd sabu li l-vittma kien infettat bil-Covid-19…

Barranin

Waqt li l-Gvern Spanjol beda jerħi wħud mill-aktar restrizzjonijiet ebsin kontra l-virus, l-isptar del Mar f’Barċellona ħa inizjattiva li jieħu lill-pazjenti bil-coronavirus ħdejn il-baħar. Tim mediku mill-isptar Hospital del Mar,…

Barranin

Għat-tmien lejl konsekuttiv, ħafna mit-toroq ewlenin tal-istati Amerikani ma raqdux, hekk kif issuktaw il-protesti għall-qtil mill-Pulizija ta’ George Floyd. Fl-aħħar sigħat, il-vjolenza naqset, b’ħafna mill-protesti kienu paċifiċi. Waħda mill-akbar protesti…

Aktar