Kurżitajiet
Fil-Ġermanja: Ma felaħx aktar għas-sħana u tperreċ

Il-Pulizija fi Brandeburg fil-Ġermanja, kellhom biċċa xogħol mhux tas-soltu hekk kif spiċċaw iwaqqfu sewwieq ta’ mutur li kien qed isuq għarwien ħuta.

Is-sewwieq, li kien għarwien ħlief għall-elmu u ż-żarbun f’saqajh, skuża ruħhu mal-Pulizija u qal li neża’ ħwejġu l-għaliex kienet wisq sħana.

B’xorti tajba, is-sewwieq ma laqqat l-ebda multa hekk kif m’hemm l-ebda liġi fil-pajjiż li tipprojbixxi n-nudiżmu fil-pubbliku.

Bħalissa, l-Ewropa kollha tinsab maħkuma minn mewġa ta’ sħana kbira hekk kif it-temperaturi f’xi bliet saħansitra telgħu għal 42°C.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Italja li kien qed isuq fil-kampanja muntanjuża ta’ Appennini, iltaqa’ ma’ xena mhux tas-soltu. Volpi wieqaf fil-ġenb tat-triq, iħares min-naħa għall-oħra, bħal donnu josserva t-traffiku jew jistenna lil xi…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Aktar