Lokali
Fil-ġimgħat li ġejjin titħabbar data minn meta l-karozzi impurtati jridu jkunu elettriċi

Il-kumitat li qed jaħdem fuq pjan biex Malta taqleb għal karozzi elettriċi qed jiffinalizza x-xogħol tiegħu u l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-kabinett fi ftit ġimgħat oħra ser jiddeċiedi fuq data meta ma jkunx aktar possibbli li jiġu impurtati karozzi li ma jkunx elettriċi.

Dr Muscat qal dan meta kumpanija lokali introduċiet fis-suq vann li jaħdem bl-elettriku li fi kliem il-Prim Ministru huwa għodda oħra biex il-kumpaniji li joperaw fit-trasport ikollhom għażla oħra biex jilħqu l-miri tagħhom mil-lat ambjentali. Semma li skont il-programm elettorali, il-kunsilli lokali mmexxija mill-Partit Laburista jridu jagħżlu karozzi elettriċi meta jiġu biex jibdlu l-vetturi tagħhom u ma jarax għaliex dan ma jsirx mill-kunsilli kollha.

Il-Prim Ministru indika li fil-budget li ġej, il-Gvern ser ikompli jinċentiva x-xiri ta’ karozzi elettriċi, minħabba li dawn huma tajbin kemm għall-ambjent kif ukoll għas-saħħa tal-bniedem u jagħtu l-ispejjeż li jsiru fis-sistema tas-saħħa minħabba t-tniġġiż.

Dr Muscat qal li ċ-ċokon ta’ Malta m’għandux ikun ta’ ostaklu biex pajjiżna jagħti sehem kontra t-tibdil fil-klima, anzi qal huwa vantaġġ u tenna li Malta trid tkun mal-ewwel pajjiżi li fuq medda ta’ snin taqleb kompletament għall vetturi li jaħdmu bl-elettriku.

Huwa qal li l-inċentivi li diġà qed jingħataw qed iwasslu għal bidla fil-kultura favur mezzi aktar nodfa ta’ trasport biex jonqsu l-emissjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar