Barranin
Fil-Greċja jinfetħu mill-ġdid il-knejjes

Spanja rreġistrat l-inqas ċifra ta’ mwiet fil-Covid-19 mindu beda l-lockdown f’nofs Marzu. Fl-aħħar 24 mietu inqas minn mitt ruħ.

It-toroq u l-ispazji pubbliċi fi Spanja qed jerġgħu jimtlew bin-nies. Minkejja d-diversi protesti li saru kontra l-lockdown, il-Prim MInistru Pedro Sanchez qal li jestendi l-istat ta’ emerġenza li ilu għaddej mill-14 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Ġunju imma komplew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet kontra l-coronavirus hekk kif in-numru ta’ infezzjonijiet u mwiet naqas bl-aħħar ċifra tal-aħħar 24 siegħa l-imwiet jinżlu għal 87 persuna, l-ewwel darba li niżlu taħt il-100 fl-aħħar xahrejn. Infezzjonijiet ġodda kien hemm 1,214.

Spanja huwa t-tielet pajjiż l-agħar li ntlaqgħet mill-coronavirus bl-infezzjonijiet jitilgħu għall-278,000 u l-inwiet jilħqu 27,650.

Għall-kuntrarju fir-Russja t-toroq it-toroq għadhom vojta minkejja li l-President Vladimir Putin ordna li l-ħaddiema għandhom jerġgħu jirritornaw fuq il-post tax-xogħol.

Wara l-Istati Uniti, ir-Russja hija l-aktar pajjiż li għandha infezzjonijiet li jlaħħqu kważi 282,000 filwaqt li kważi 10,000 tilfu ħajjithom.

Fil-Greċja, infetħu l-knejjes bin-nies ħerqana jerġgħu lura lejn il-knejjes tagħhom. Il-knisja Ortodossa normalment tkun mimlija bin-nies iżda minħabba l-miżuri kontra l-imxija tal-coronavirus fosthom biex tinżamm id-distanza soċjali ma għadux possibbli li ħafna nies jitħallew jidħlu iżda tpoġġew is-siġġijiet fuq barra.

Il-Greċja kienet issopendiet il-funzjonijiet reliġjużi fis-17 ta’ Marzu. Fil-Greċja n-numru ta’ infezzjonijiet laħaq it-3,000 li minnhom 162 tilfu ħajjithom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Barranin

Studju li sar fi Spanja naqqas it-tama li l-popli se jkunu kapaċi jiżviluppaw dik li tissejjaħ immunità tal-merħla (herd immunity) kontra l-Covid-19. Dan hekk kif instab li 5% biss tal-popolazzjoni…

Aktar