Ekonomija u Finanzi
Fil-jiem li ġejjin kull familja se tirċievi ċekk ta’ €35

Kull dar f’Malta u Għawdex fejn tgħix persuna jew aktar, fil-jiem li ġejjin ser tirċievi kumpens għall-għoli tal-ħajja. Dan il-kumpens ser jikkumplimenta ż-żieda tal-għoli tal-ħajja li ngħatat lill-ħaddiema f’Jannar.

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qal li jekk persuna toqgħod waħedha ser tirċievi €15, filwaqt li jekk hemm aktar minn persuna waħda, il-kumpens ser ikun €35. Dawn qed jingħataw b’kumpens għall-għoli fil-prezzijiet ta’ diversi prodotti, fosthom il-ħalib u l-ħobż; żieda li ma kinitx inqabdet meta nħadmet il-COLA f’Settembru li ghadda.

Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-flus ma setgħux jinbagħtu dirett fil-kontijiet bankarji minħabba li dawn qed jingħataw lil kull dar skont kemm jgħixu persuni fiha.

Il-Professur Scicluna qal li din il-miżura ser tiswa lill-pajjiż €5.3 miljun. Spjega li l-flus ser jibdew jintbagħtu fil-jiem li ġejjin, u dawk kollha li ma jirċevux il-ħlas wara s-17 tax-xahar, għandhom jaghmlu kuntatt mal-Ministeru tal-Finanzi biex jieħdu dak dovut lilhom. Il-Ministru Scicluna qal li numru ta’ miżuri fil-budget li qed jittieħdu ta’ darba biss qed jiswew lill-poplu mat-€80 miljun fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar