Barranin
Fil-Kanada: 3 mejta u 23 midruba f’inċident b’double decker

Tliet persuni mietu u aktar minn 23 ruħ oħra ndarbu, disgħa minnhom f’qagħda gravi, meta double-decker li kienu fuqha ħabtet f’post fejn tieqaf tal-linja fil-kapitali Kanadiża Ottawa.

Bl-impatt, il-parti ta’ fuq tad-double-decker tqaċtet. Il-Pulizija qalet li x-xufier ġie arrestat u qed jiġi interrogat dwar l-inċident. B’temperaturi li matul il-lejl qed jinżlu 22 grad celcius taħt iż-żero, s’issa għadu mhux magħruf jekk it-temp ikkontribwiex għal dan l-inċident. D

an huwa t-tieni inċident kbir fl-aħħar snin li involva double-decker.

F’Settembru 2013, vettura simili ħabtet f’ferrovija tal-passiġġieri u kienu mietu sitt persuni fosthom ix-xufier.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar