Barranin
Fil-Kanada għadd ta’ nies imutu kawża tas-sħana qalila

Għadd ta’ persuni fil-Kanada mietu minħabba l-mewġa qalila ta’ sħana li matulha ġew reġistrati l-ogħla temperaturi fl-istorja.

Min-nhar it-Tnejn ‘il hawn, il-pulizija fi British Columbia ssejħu fuq kważi 70 mewta għal għarrieda, ħafna minnhom anzjani.

Ilbieraħ il-Kanada rreġistrat l-ogħla temperatura – 49.5 grad celsius f’Lytton, British Columbia.

Qabel din il-ġimgħa, it-temperaturi fil-Kanada qatt ma qabżu l-45 grad celsius.