Barranin
Fil-Kanada raġel arrestat minħabba li raqad waqt li kien għaddej bil-150km fis-siegħa

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa.

Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq waħidha, is-sewwieq ta’ għoxrin sena u l-passiġġier li kellu miegħu ħadu nagħsa bis-seats imniżżlin, waqt li l-karozza kienet qed taqbeż il-limitu ta’ veloċità.