Barranin
Fil-Kroazja tifla ta’ 4 snin tmut wara li missierha ħalliha fil-karozza fix-xemx

Fil-Kroazja, tifla ta’ erba’ snin mietet wara li missierha ħallieha msakkra fil-karozza.

Il-każ seħħ f’Rovinj meta missierha rċieva telefonata ta’ emerġenza mix-xogħol u ma kellu lil ħadd jieħu ħsiebha. Huwa ħadha miegħu l-uffiċċju iżda peress li ħaseb li l-affarijiet jistgħu jissolvew malajr ħalliha fil-karozza. Madankollu l-affarijiet ħadu fit-tul u meta mar lura għall-karozza sab lil bintu mitlufa minn sensiha.

Hija ttieħdet l-isptar iżda ftit wara tilfet ħajjitha.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Barranin

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby. Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew…

Aktar