Barranin
Fil-Malasja ġenituri jidentifikaw il-katavru ta’ binthom li għebet meta kienu fuq btala

Il-ġenituri ta’ Nora Quoirin identifikaw il-katavru li nstab fil-Malasja bħala dak ta’ binthom adolexxenti li kienet irrapportata nieqsa. Nora, tifla ta’ 15-il sena bi bżonnijiet speċjali, kienet fuq btala mal-familja tagħha meta għebet minn kamritha fir-resort Dusun fl-4 ta’ Awwissu.

Illum se ssir l-awtopsja fuq il-katavru. Fi tfittxija fil-foresta qrib ir-resort għal Nora li hija ta’ dixxendenza Irlandiża u Franċiża, ħadu sehem mat-350 persuna. Il-katavru tagħha nstab maż-żewġ kilometri ‘l bogħod minn Dusun, qrib nixxiegħa u kienet mingħajr ħwejjeġ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmien persuni mietu u 10 oħra ndarbu wara li ħakmu nirien f’lukanda fl-Ukrajna. In-nar, li tkebbes wara nofsillejl għadu mhux magħruf kif qabad. Fil-lukanda, Tokyo Star hemm mal-273 kamra. Il-pumpiera…

Barranin

Miet l-attur u direttur Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Peter Fonda huwa iben l-attur Henry Fonda u ħu l-attriċi Jane Fonda. Fonda kellu bint li hija attriċi wkoll, Bridget…

Barranin

Kelliema għall-Uffiċċju tal-Kap Mediku ta’ New York, ikkonfermat li awtopsja kkonkludiet li l-finanzier Amerikan Jeffrey Epstein ta’ 66 sena, miet kawża ta’ suwiċidju. Epstein instab mejjet il-ġimgħa l-oħra fiċ-ċella tal-ħabs…

Barranin

Politiċi Daniżi qalu lill-President Amerikan Donald Trump li Greenland mhix għall-bejgħ. B’reazzjoni għar-rapporti ppubblikati fil-Wall Street Journal, dwar kif Trump allegatament iddiskuta l-possibiltà li jixtri l-akbar gżira fid-dinja mal-konsulenti tiegħu,…

Aktar