Barranin
Fil-Malawi: Jinħarqu mad-19,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19

Fil-Malawi nħarqu 19,610 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 minħabba li kienu skadew.

Id-dożi, tal-kumpanija AstraZeneca, inħarqu peress li kienu ilhom skaduti mit-13 t’April.

Il-Malawi huwa l-ewwel pajjiż Afrikan li stqarr b’mod pubbliku li qed jagħmel dan il-ġest. Il-ħruq tat-tilqim sar biex jissalvagwardja s-saħħa tan-nies kif ukoll peress li ġie nnotat li kif ġriet il-kelma li għadd imdaqqas ta’ dożi ta’ Covid-19 kienu skaduti bosta ma bdewx imorru biex jitlaqqmu.

Il-Malawi rċieva 102,000 doża ta’ AstraZeneca fis-26 ta’ Marzu. Minnhom, uża madwar 80%.

Sa issa, il-Malawi ġew irreġistrati 34,232 każi ta’ Covid-19 u 1,153 mewt b’rabta mal-Covid-19.