Barranin
Fil-Marokk mara twelled disat itrabi

Fil-Marokk, mara ta’ 25 sena welldet disat itrabi, tnejn aktar minn dak li kienu ħasbu t-tobba.

Halima Cisse, mara mil-Mali ttieħdet fi sptar fil-Marokk mill-Gvern tal-Mali biex twelled fi sptar speċjalizzat.

Wara ħmistax fi sptar f’Bamako, il-kapitali ta’ Mali, ittieħdet deċiżjoni li l-omm tittieħed fil-Marokk. Wara ħames ġimgħat hija welldet lit-trabi.

Il-ħamest ibniet u erba’ subien twieldu wara ċesarja u jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.