Kronaka
Fil-Marsa: Għajjat iwassal għall-arrest ta’ żewġ żgħażagħ – persuna tinsab midruba gravi

Żewġ żgħażagħ mis-Sudan qed jinżammu taħt arrest wara li lbieraħ filgħaxija serqu żewġ persuni f’żewġ każijiet separati fil-Marsa.

Waqt ronda li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija tal-Għassa tal-Marsa fit-toroq tal-lokalità, għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, instema għajjat fl-inħawi ta’ Triq Derby.

Il-Pulizija marru fl-imsemmija triq u hemmhekk ġew avviċinati minn raġel mill-Mali ta’ 28 sena u stqarr li kien għadu kif ġie misruq min żewġ persuni.

Waqt li kienu qiegħdin fuq il-post, il-Pulizija ġew avviċinati minn raġel ieħor, ta’ 23 mill-Eritrea u saħaq li kien għadu kif ġie aggredit minn żewġ persuni b’arma li taqta’ u bil-ponta u serquh. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett bdew bit-tfittxija għaż-żewġ persuni skont id-deskrizzjoni li ngħataw. Ftit ħin wara, intlemħu żewġ persuni fil-viċinanzi tal-Għassa tal-Marsa li qablu mad-deskrizzjoni li taw il-vittmi.

Huma twaqfu mill-Pulizija u dak il-ħin, wieħed minnhom rema’ mal-art arma li taqta’ u bil-ponta. Minn tfittxija li saret fuqhom instabu ċwievet, lighters, żewġ mobiles u ammont ta’ flus kontanti.

Iż-żewġt irġiel; wieħed ta’ 20 sena u l-ieħor ta’ 18-il sena, ġew arrestati u ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Raġel Franċiż ta’ 23 sena li joqgħod is-Swieqi weġġa’ serjament wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqa’ f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-4.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Aktar